“Kemm Hu Essenzjali Li Taħseb Li Dak Li Tippjana Jkun Joffri Sigurta` U Kumdita`” – Oliver Scicluna

Oliver Scicluna qajjem għarfien dwar kif postijiet ta’ bejgħ għandhom jibżgħu għall-klijent.

Hu spjega, “Mela din il-ġimgħa dħalt f’kafetterija u għal xi raġuni l-art kienet qisa sapun u jien hekk ikun jonqosni bil-krozzi ntir fuq art hekk. Poġġejt bilqiegħda u kif lestejna ġejt biex inqum ħa mmur inħallas u lil mara għidtilha mhux ser inqum min fuq is-siġġu għax is-slipper ma bediex jaqbad mal-art u l-krozzi kienu qed jiżolqu qishom fuq ice ring. Pruvajt inserraħ mas-siġġu biex inqum iżda beda jiżloq ukoll. Eseġerazzjoni!!!”



Żied jgħid, “Pruvajt nistinka ftit iżda XLUPP u spiċċajt mal-art. Moħħni kien mhux li żlaqt u weġġajt ġenbi, iżda li l-kafetterija kienet vojt għajr għal koppja wiċċhom fil-mobile. Tal-inqas ma’ waqajtx għan-nejk. Ħasra għax għandu naqra ħelu tajjeb pero ma’ nerġax nersaq l-hemm. Kemm hu essenzjali li taħseb li dak li tippjana jkun joffri sigurta` u kumdita`, għax il-post huwa nofs il-bejgħ u l-popolarita`.”



Importanti niftakru nikkunsidraw lil kulħadd, speċjalment f’sitwazzjonijiet fejn il-klijenti huma tant importanti.



Ritratti:

Facebook / Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI