Kemm Jidher Li Għandna Nistennew Każijiet Pożittivi llum?

Skont it-tabib Frank Portelli, llum għandna nistennew madwar 40 każ ieħor tal-Covid-19. S’ssa m’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ kemm każijiet hemm ta’ rkupru, imma jekk jinserta li m’hemmx ħafna każijiet li rkupraw, hemm iċ-ċans li jkollna aktar minn 700 każ attiv ġo pajjiżna.

Fi tmiem il-ġimgħa jsiru anqas testijiet, fl-aħħar jiem rajna aktar minn 2500 test kuljum imma dawn jinżlu taħt l-2000. F’dawn l-aħħar erbat ijiem rajna wkoll sebat imwiet mill-istess virus, sebat imwiet ta’ anzjani li nstabu pożittivi u sfortunatament ma felħux jiġġieldu lil dan il-virus.

Nistennew iċ-ċifri uffiċjali għall-ħabta tan-nofs siegħa biex inkunu nafu n-numru eżatt ta’ każijiet pożittivi u n-numru eżatt ta’ persuni li rkupraw mill-Covid-19.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI