Jidher li simili bħall-bieraħ, illum 4 ta’ Lulju 2020 se jitħabbar każ wieħed pożittiv tal-Coronavirus li ġie misjub f’dawn l-aħħar 24 siegħa. Għalkemm il-paġna ta’ Gerald Fenech Covid19 News Updates ħabbret dan, fl-istess ħin ma ġiex żvelat jekk m’hemmx xi nies li ġew rikoverati.
Għalkemm s’issa n-numru ta’ każijiet pożittivi qed jibqa’ baxx ħafna, xorta huwa tajjeb li wieħed joqgħod attent, speċjalment li issa fetaħ l-ajruport u ġejjin eluf ta’ turisti.
Facebook/Gerald Fenech Covid19 News Updates