Il-Maltin B'Suċċessi Sbieħ Fost Numru Ta' Kantanti Internazzjonali F'Sanremo Junior

Din kienet ġimgħa impenjattiva għal żewġ kantanti Maltin li kienu impenjati fl-Italja, f’wieħed mill-iktar festivals prestiġjużi. Shaznay Mangion u Krista Sujak kienu r-rappreżentanti ta’ pajjiżna fl-aħħar edizzjoni. 

Il-bravissima Shaznay Mangion ġiet it-tieni fil-finali tas-Sanremo Juniour fil-kategorija A2 – kategorija miftuħa għall-kantanti bejn 10 u 12-il sena. Biex tiċċelebra dan il-mument mill-isbaħ, tellgħet ritratt ma’ Antonella Vassallo qed iżżomm il-premju u ċ-ċertifikatu kitbet żewġ kelmiet sbieħ. “Mument inkredibbli f’teatru mill-isbaħ! Jien kuntenta ħafna li ġejt fit-tieni post fost ħafna kantanti oħra ta’ talent kbir,” hi kitbet.





“Il-grazzi mill-qalb tiegħi jmorru għal dawk il-persuni kollha li jemmnu fit-talent tiegħi u jagħmlu ħilithom biex jgħinuni. Grazzi kbira lis-Sinjura Antonella Vassallo talli tatna l-opportunità lill-kantanti biex inkunu live mal-orkestra sinfonika Sanremo fit-teatru prestiġjuż Ariston.

Flimkien ma’ Shaznay ittajjar il-bandiera Maltija kien hemm ukoll Krista Sujak li kienet qed tieħu sehem fil-kategorija A3 – kategorija miftuħa għall-kantanti bejn 13 u 15-il sena. Krista ħalliet impatt ukoll u kompliet ittella’ isem Malta ‘l fuq hekk kif il-ġurija tawha l-premju tagħhom, premju speċjali li jingħata lill-kantant/a li huma jemmnu li għandu jiġi premjat għat-talent sabiħ tagħhom. 



Aħna f’isem Gwida.mt, nifirħu minn qalbna lil Krista u lil Shaznay ta’ dan is-suċċess. Ħajr imur ukoll lil Antonella li sena wara sena ittella’ l-kantanti Maltin f’dan il-festival prestiġġjuż u jkollhom iċ-ċans li jkantaw ma’ orkestra mill-isbaħ fit-teatru Ariston. Il-Grand Prix intrebħet minn Ksenia Haletskaya mill-Belarus, premju li Malta rnexxielha tirbaħ il-Grand Prix darbtejn permezz ta’ Destiny Chukunyere u Thea Aquilina.  

Facebook/Shaznay Mangion

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI