“Kemm Jien Kburija Li Għamilt Sitt Xhur Il-Ħabs Għax Veru Tgħallimt Ħafna U Imnalla Kien Il-Ħabs Għalija” – Iz-Zija TT

Mhux xi sigriet, kulħadd jaf li z-Zija TT għaddiet xi żmien il-ħabs u dejjem titkellem b’mod pożittiv dwar l-esperjenza tagħha ġewwa Kordina. Ftit tal-ħin ilu hi kitbet, “Kemm jien kburija li għamilt sitt xhur il-ħabs għax veru tgħallimt ħafna u imnalla kien il-ħabs għalija.”





Hi kompliet tgħid, “Kemm nixtieq li persuni bħali li jidħlu għall-ewwel darba fuq każ zgħir, nixtieq ngħidilhom li fil-ħajja kulħadd xi darba jew oħra żbalja u nixtieq minn qalbi li min jidħol jieħu tagħlima ħalli ma jerġax jidħol għax veru għalija kienet esperjenza sabiħa u tgħallimt ħafna.”

Iz-Zija TT tħares lejn din l-esperjenza minn lenti pożittiva u dejjem tgħid x’esperjenza interessanti kellha, fejn dejjem kienet iżżomm ruħha okkupata u dejjem għaddejja.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI