Benjamin Alakkad, missier Kristian (iċ-ċkejken ta’ 5 snin li seraq qalb Ray billi tah il-Golden Buzzer) wera l-apprezzament tiegħu mal-pubbliku. Bejamin qal, “Grazzi lil kulħadd tal-kummenti! Kemm jien missier kburi!”.
Dan qalu wara li l-filmat tiegħu spiċċa biex dar id-dinja u qiegħed ippublikat fuq Got Talent Global. Il-Filmat f’temp qasir jirċievi aktar minn 347elf like u ġie mxerred minn 68 elf utent! JIdher li l-ewwel golden buzzer ta’ Malta’s Got Talent intlaqa’ tajjeb ħafna kemm mal-Maltin kif ukoll ma’ barra!
Awguri Kristian!