Il-Membru Parlamentari Ramona Attard iddedikat kelmtejn ħelwin lill-għalliema tagħha Ms Bonello li inzertat reġgħet iltaqgħet magħha wara bosta snin. Hi spjegat kif għadha tiftakar il-praspar li kienet tagħmel sal-lum il-ġurnata.
Hi kitbet, “Kemm nieħu gost niltaqa’ ma’ għalliema li kienu jgħallmuni. Fis-Siġġiewi ltqajt ma’ Ms Bonello li kienet l-Kap tal-Liċeo Maria Reġina fil-Ħamrun. Meta kont tifla dejjem konna nivvintaw xi praspura li jsemmuhieli meta niltaqa’ magħhom. Dawn l-għalliema kienu kollha parti mill-mixja edukattiva tiegħi.”
L-impatt li jistgħu jħallu l-għalliema fuq l-istudenti tagħhom huwa wieħed verament kbir. L-għalliema għandhom il-poter li jbiddlu l-futur tal-istudenti tagħhom. Mill-qalb nirringrazzjaw lill-għalliema dedikati f’xogħlhom, li dejjem iġibu l-ewwel u qabel kollox lill-istudenti għeżież tagħhom.
Facebook / Ramona Attard