Kemm Taħsbu Li Għalqet Il-Kantanta Beyoncé Illum?

Il-kantanta tant maħbuba u segwita, Beyoncé illum tagħlaq 40 sena. Hi twieldet fl-4 ta’ Settembru tal-1981 ġewwa Houston, Texas.

Beyoncé kienet daħlet f’diversi kompetizzjonijiet tal-kant u żfin bħala tifla. Hija saret famuża fl-aħħar tad-disgħinijiet bħala l-kantanta ewlenija tal-grupp Destiny’s Child, wieħed mill-gruppi ta’ tfajliet l-iktar popolari ta’ kull żmien. Aktar tard bdiet il-karriera tagħha waħeda hekk kif saret l-iktar famuża mit-trio.

Beyoncé hija waħda mill-aktar artisti ta’ suċċess fid-dinja, wara li biegħet 118 miljun diska mad-dinja kollha. Hija l-ewwel artista li kellha diski fl-ewwel post  fuq il-Billboard 200 bl-ewwel sitt albums.

Fost id-diski popolari tagħha hemm Halo, Run The World, Crazy In Love, Formation, Single Ladies u Telephone.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI