Illum jekk ma kontx taf hija l-Imnarja. Kieku ħabtet fost il-ġimgħa konna nieħdu waħda frank għax illum festa publika. Imma taf x'qed niċċelebraw?
Din il-festa ġejja minn żmien il-kavallieri fejn għal bhal lum kienu jiġu mpoġġija ħafna xemgħat fir-Rabat u l-Buskett. Dawn ix-xemgħat kienu jixgħelu bil-lejl. Dan kien mod li l-poplu kien jagħmel biex jiċċelbra festa ta' żewġ qaddisin kbar. Qabel f'din il-festa kien jkun hemm ħafna tlielaq. Min jirbaħ il-Granmastru ta' dak iż-żmien kien jgħatih l-Palju (trofew).
Daqshekk ser ngħidulkom aktar. Sib il-kwiżż hawn isfel u wieġeb id-domandi ħa naraw ħaqqekx tieħu waħda frank is-sena d-dieħla. Wara għidilna kif mort.