Kesħa Fina Għal Lum U Anke Għal Jiem Li Ġejjin – Qed Iżżommu Ruħkom Sħan Biżżejjed?

Jekk diġà ħriġt barra dalgħodu żgur li ħassejt it-temperaturi ffriżati li bħalissa jistgħu jinħassu fil-Gżejjer Maltin. Jekk le – jidher li għandek demmek ibaqbaq u nixtiequ nistaqsuk x’tip ta’ demm jgħaddi mill-vini tiegħek u minn fejn nistgħu nieħdu ftit?

U jidher li dawn it-temperaturi kesħin qegħdin hawn biex jibqgħu għal ftit żmien żgur hekk kif il-paġna tat-temp Malta Weather titkellem dwar “arja kiesħa ħafna.”





Huma jgħidu, “Il-Gżejjer Maltin mistennija jkunu taħt l-influwenza ta’ firxa ta’ arja kiesħa ħafna, magħrufa bħala espress tas-Siberja, nhar it-Tnejn u nhar t-Tlieta li ġejjin, hekk kif riħ tat-tip Bora se jaffettwa ċ-ċentru tal-Mediterran! Postijiet protetti mir-riħ moderat mit-Tramuntana jistgħu saħansitra jispiċċaw bil-ġlata, avveniment rari ħafna għalina hekk kif it-temperatura tal-arja taqa’ qrib ż-żero bil-lejl!”

L-Uffiċċju tal-Met jaqbel ukoll, u ħareġ twissija dwar it-temp speċjalment minħabba riħ mit-Tramuntana li ħa jaffettwa żoni esposti fil-Gżejjer Maltin, twissija li hi valida sa nofsinhar.



Ritratt: Maltaairport.com

Għada, it-temperaturi xorta se jilħqu ċifri singoli bl-inqas tkun 7⁰C u l-ogħla 12⁰C. Dawk li jħobbu dan it-temp jistgħu jgawduh għax nistennew li malajr idur.

Viktor Vella – Facebook / Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI