Kevin Paul Wara Li Fieq Mill-Covid-19: “Nixtieq Li Nkun Iżjed Responsabbli”

F’intervista ma’ Gwida.mt il-kantant Kevin Paul Calleja tkellem dwar l-esperjenza tiegħu issa li żvela li kellu l-Covid-19. L-għan ta’ Kevin f’din l-intervista kien li jagħmel kuraġġ lin-nies. Dan għaliex waqt li kien pożittiv għall-Covid-19, irnexxielu jibqa’ jgħix fl-istess dar ma’ ommu u missieru waqt li huma baqgħu negattivi.



kevin



“Bqajt ngħix ma’ ommi u missieri imma kont self-isolating ġol-kamra tiegħi. Kienu jħalluli l-ikel wara l-bieb… Meta tiġbor l-affarijiet ommi kienet tiġi bl-ingwanti u bil-maskra… L-akbar battalja hi li tkun ġo kamra waħdek għal ġimgħatejn u nofs.”

Apparti minn dan, hu faħħar lit-tobba u l-infermiera: “Ċempluli kuljum… verament kienu ta’ għajnuna aktar milli stennejt.”



kevin

Imma x’inhu l-messaġġ li Kevin jixtieq jgħaddi? “Li nkunu aktar responabbli… nitkellem għalija nnifsi l-ewwel wieħed. Il-ħajja ta’ kulħadd hi importanti – jekk hux xi ħadd vulnerabbli jew mhux vulnerabbli, jekk mietu għaxra jew tnejn jew wieħed – dak il-wieħed hu importanti daqs dawk l-għaxra l-oħra. Dik il-persuna jaf tkun omm jew zija jew oħt xi ħadd…”

Kevin temm kliemu billi qal: “Nemmen li bniedem li jgħaddi minn esperjenza jkollu parir x’jgħaddi.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI