Kezman Iżur Skola Fir-Rabat Biex Mal-Istudenti Jitkellem Dwar In-Nuqqas Tad-Dawl T’Għajnejh

Kezman Mamo hu żagħżugħ ta’ 16-il sena li minkejja li hu nieqes mid-dawl t’għajnejh madankollu juri reżiljenza liema bħalha tant li llum il-ġurnata stabilixxa ruħu sew fuq il-midja soċjali permezz tal-filmati li jtella’ fejn fihom iduq ikel varju minn ristoranti differenti.



Ftit jiem ilu, Kezman kellu l-opportunità li jżur il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl li jinsab fir-Rabat u hemmhekk, bil-għan li jkompli jservi ta’ ispirazzjoni, tkellem ma’ bosta studenti dwar il-kundizzjoni tiegħu.



Fuq il-midja soċjali Kezman stqarr li jinsab grat ħafna għall-merħba li ngħata mill-istudenti u fisser kif kien ta’ pjaċir għalih li jitkellem ma’ tant studenti.

@kezman_mamo It was such a pleasure being at St Paul’s Missionary College last Wednesday. I really enjoyed the opportunity to talk to the students and truly appreciated the warm welcome! 🏛️✨ #StPaulsMissionaryCollege #MSSP #Education #GuestSpeaker #Inspiration ♬ original sound – kezman_mamo

Prosit, Kezman!



Ritratti:

TikTok / Kezman Mamo u Facebook / Illum Ma’ Steph

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI