Kultant nitkellmu fuq Maltin li jagħmlu suċċess barra minn pajjiżhom, iżda hemm min jagħmel ħafna aktar minn hekk – hemm min jitlaq Kollox warajh u jħalli qalbu, xogħlu u l-umanità tiegħu jkomplu jgħixu fit-tul. Wieħed minn dawn in-nies kien l-Isqof Joseph Angelo Grech, magħruf bħala Bishop Joe, li għalkemm twieled ġewwa Balzan, sab it-talb, il-missjoni u l-vokazzjoni tiegħu fl-Awstralja.
Bħal-lum l-10 ta’ Diċembru nfakkru l-ġurnata li kien twieled fiha proprjament fl-1948. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1974. Ftit tas-snin wara emigra lejn l-Awstralja, fejn malajr sar wieħed mill-aktar mexxejja reliġjużi rrispettati u maħbuba.
Fl-1999 inħatar bħala Isqof Awżiljarju ta’ Melbourne, u fl-2001 sar Isqof tad-Djoċesi ta’ Sandhurst ġewwa Victoria, fejn serva b’dedikazzjoni sħiħa sal-aħħar ta’ ħajtu.
Għalkemm il-karriera tiegħu kienet immarkata minn kisbiet importanti, huma bosta li jiftakruh għall-karattru ġentili, sempliċi u umli. Il-komunità Maltija fl-Awstralja għadha sal-lum tirrakkonta stejjer dwar kemm kien jgħin, jisma’ u jqatta’ ħin ma’ dawk li kellhom bżonn xi għajnuna jew xi kelma ta’ faraġ.
Anke żgħażagħ Maltin/Awstraljani jisħqu li kien wieħed mill-ftit mexxejja reliġjużi li “kien jaf jagħmel il-Kelma ħajja u vera.” Tant kien maħbub li ħafna mill-programmi spiritwali li ħoloq għadhom jintużaw u jiġu mfakkra sal-lum.
Għalkemm ħalla l-ħajja ta’ dejjem fl-2010, il-memorja ta’ Bishop Joe baqgħet dejjem ħajja: mhux biss f’artikli, omeliji u dokumenti uffiċjali, iżda anke fuq il-midja soċjali u fi qlub in-nies.
Facebook/ Fr Rob Galea