"Kieku Għadu Magħna, Jake Kien Ikun Qed Jagħmel Dal-Messaġġ… Agħtu Xi Ħaġa Żgħira Lil Puttinu!" – Il-Ġenituri Ta' Jake

Hekk kif bħalissa għaddejja ġmielha l-maratona ta' Puttinu, l-ġenituri ta' Jake semmew kif kieku binhom għadu fostna kien ikun qiegħed jagħmel appell emozzjonali sabiex kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu f'din il-maratona.

Matul ħajtu, Jake kemm-il darba kien għen lil dawk l-aktar fil-bżonn permezz ta' diversi inizjattivi li kien iniedi minn jeddu.

"Għalina Puttinu jfisser spalla u għalhekk nappellaw lil kulħadd sabiex jagħti donazzjoni għaliex il-ftit tal-ħafna tagħmel differenza kbira," kompla jisħaq Josie, missier Jake.

Min-naħa tagħha, Maruska li tiġi omm Jake fissret kif kulħadd għandu jagħmel il-parti tiegħu għaliex kulħadd suġġett li xi darba jew oħra jiġi bżonn l-għajnuna ta' Puttinu.

Strieħ fis-sliem, Jake!

Ritratti: Facebook / Puttinu Cares u Jake Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI