Kieku Kien Għadu Ħaj, Il-Leġġenda Freddie Mercury Kien Jagħlaq 75 Sena

Il-leġġenda u ikona tal-mużika, Freddie Merucry kien jagħlaq 75 sena kieku kien għadu ħaj. Hu twieled fil-5 ta’ Settembru fl-1946 f’Stone Town, Zanzibar. Sfortunatament, Freddie miet fl-24 ta’ Novembru 1991 ġewwa Londra, l-Ingilterra. Hu kellu biss 45 sena.

Meqjus bħala wieħed mill-ikbar kantanti fl-istorja tal-mużika hu kien magħruf għall-ispettakli kbar fil-kunċerti tiegħu u l-firxa vokali li kellu ta’ erba’ ottavi. Mercury sfida l-konvenzjonijiet tal-mużika kontemporanja, bl-istil teatrali tiegħu jinfluwenza d-direzzjoni artistika tal-grupp leġġendarju Queen.

Fost l-aktar diski popolari tiegħu hemm: Bohemian Rhapsody, Don’t Stop Me Now, We Are The Champions, Killer Queen, Another One Bites The Dust u Crazy Little Thing Called Love.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI