Kieku kien għadu magħna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. illum kien ikun qed jiċċelebra għeluq sninu. Hu kien twieled fil-25 ta’ Jannar fl-1946 il-Belt Valletta u b’hekk illum kieku kien jagħlaq 80 sena.
Sfortunatament l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O. P. għadda għall-ħajja ta’ dejjem fit-18 ta’ Marzu tas-sena l-oħra fl-età ta’ 79 sena.
Pawlu Cremona kien l-arċisqof ta’ Malta minn 2007 sa 2014. Fl-2014 kien ħa d-deċiżjoni li jirreżenja mill-pożizzjoni tiegħu għax ma ħassux li jiflaħ imexxi l-knisja iżjed.