Kieku l-Papa Franġisku għadu fostna proprju llum kien jagħlaq 13-il sena fit-tmun tal-Knisja Kattolika. Dan hekk kif hu kien sar mexxej tal-Knisja Kattolika fit-13 ta’ Marzu tal-2013.
Il-Papa sfortunatament ħalla din id-dinja f’April tas-sena l-oħra hekk kif tatu puplesija wara diversi xhur li matulhom saħħtu bdiet sejra lura.
Minħabba f’hekk il-Papa Franġisku ma rnexxielux jgħix it-13-il sena tiegħu fit-tmexxija tal-Vatikan u serva f’dan l-irwol minflok għal 12-il sena. Matul dawn is-snin il-Papa Franġisku bena legat ta’ mexxej sempliċi li l-ħidma tiegħu dejjem kienet waħda ffukkata fuq dawk l-iżjed emarġinati fis-soċjetà.
Il-legat tal-mibki Papa Franġisku ħalla wkoll impatt sinifikanti fuq l-istil ta’ tmexxija li s-suċċessur tiegħu, il-Papa Ljun XIV, għażel li jaddotta. Fil-fatt, matul dawn l-aħħar xhur, il-Papa Ljun XIV fisser kif se jkun qed jimxi fuq il-passi tas-suċċessur tiegħi u filwaqt li jaspira li jippromwovi s-sempliċità, se jkun qed jiffoka l-ħidma tiegħu fuq il-fqir u l-batut.
Instagram / @franciscus u Wikipedia / Death & Funeral of Pope Francis