Bħal-lum fl-1940 twieled il-kantant popolari u eks membru tal-grupp The Beatles, John Lennon. Kieku llum Lennon kien jagħlaq 81 sena.
John Lennon, flimkien mal-membri l-oħra ħareġ diversi kanzunetti li baqgħu popolari sal-lum, fosthom Hey Jude, Let It Be u Here Comes The Sun. Bla dubju, waħda mill-aktar diski popolari li ħareġ Lennon wara li nfired minn The Beatles hija Imagine.
Lennon miet fl-1980 fl-età ta’ 40 sena wara li kien spara fuqu Mark David Chapman fi New York City.