“Kieku Nista’ Nagħti Għajnejja Biex Naraħ Bħall-Oħrajn” – In-Nanna Ta’ Ġuvni Li Qed Jiġġieled Il-Kanċer

Miguel huwa ġuvni li bħalissa qed jiġġieled tumur f’moħħu. Ma’ Puttinu Cares, il-familjari tiegħu jitkellmu dwar kemm din il-ġlieda hi waħda diffiċli mhux biss għal Miguel innifsu iżda għalihom ukoll.

Fost oħrajn jirrakkontaw episodju meta Racquel, oħtu, sabitu “mixħut mal-art bir-ragħwa ħierġa minn ħalqu”. Racquel tirrakkonta li dak il-ħin saħansitra ħasbet li ħuha kien miet. Miguel isemmi li meta ġie lura f’sensih ma beda jiftakar xejn tant li lil ommu beda jistħajjilha n-ners.

Fl-isfond ta’ dan kollu spikka mument emozzjonanti hekk kif l-ewwel persuni li Miguel għaraf hekk kif beda jgħaddi l-ħin kienu proprju sħabu li hu jsemmi dejjem kienu ta’ appoġġ u solidarjetà għalih.

Tkellmet ukoll in-nanna ta’ Miguel li mbikkma tistqarr li kieku tista’ lesta tagħti d-dawl t’għajnejha sabiex tara li neputiha ma jgħaddix minn din it-tbatija.







Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI