Illum tħabbret il-mewt ta’ Dr. Joseph Micallef Strafrace ta’ 87 sena, kien ġurnalist b’kontribut liema bhalu fil-ġurnaliżmu Malti. Joe kien iukoll membru parlamentari għal tliet leġiżlaturi.
Fost il-ħafna li kitbu biex isellmu lil Joe kien hemm Jason Micallef. Dan iddeskriva lil Joe bħala “Ġentlom kbir, ħanin u korrettissimu tul ħajtu kollha”. Ma’ Joe, Jason kellu bost memorji sbieħ tul dawn l-aħħar 20 sena. “Sa riċenti mhux wisq bogħod kien iċempilli ta’ spiss biex ikellimni fuq il-Belt li kien tant iħobb”.
Strieħ fi sliem Joe!