"Kien Hemm Min Qal Li Żmieni Għadda" – Angie Laus Twieġeb Lura

Il-preżentatriċi Angie Laus kitbet messaġġ wara li ħareġ is-survey tal-awtorità tax-xandir. Ħadd Għalik għal darb’oħra mar tajjeb mat-telespettaturi, mhux għax kellna xi dubju.

Angie tikteb, “Grazzi talli sal-aħħar bqajtu ssegwuna, grata ħafna għal messaġġi sbieħ li tibagħtuli. Minn naħa l-oħra dan l-aħħar kien hemm min qal li żmieni għadda u min kiteb kummenti koroh li għalih kienu tad-dahk, uħud minnhom minn fake pages (għax hemm min l-anqas il-kuraġġ li juri wiċċu m’għandu).”

Angie tkompli tgħid, “Dawn huma cyber bullies tal-lum il-ġurnata… Ma jimpurtax għax niflaħ għalihom. Din hija ir-risposta tiegħi! F’Ottubru nerġgħu niltaqgħu għal UEJJA!”

Aħna nawguraw lil Angie f’dan il-proġett il-ġdid! Nafu biċ-ċert li ħa jinżel tajjeb mat-telespettaturi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI