"Kien Hemm Min Qalli: 'Int Orrajt Jew?', 'Tieħu Ritratt Ma' Dak?' – Reazzjonijiet Ta' Diversi Maltin li Ddiżappuntaw Lil Jeremy Cardona

Jeremy Cardona min SĦPN, xtaq jiġbed l-attenzjoni permezz ta’ diversi esperjenzi li kellu fejn sema’ reazzjonijiet negattivi minn diversi persuni. Ħafna drabi n-nies iqisu x’kulur ta’ ġilda għandu persuna jew x’tip ta’ xogħol jaħdem jew taħt liema klassi jaqa’ jew forsi anki kultura.

“Il-Maltin aktar milli huma razzisti huma klassisti! Niftakar darba t-tim tal-futbol lokali tiegħi kien rebaħ logħba iebsa barra minn pajjizna u wieħed mill-players li għamel dan possibli kien persuna ta’ ġilda skura u kif it-team ġie lura Malta kulħadd ried jieħu ritratt ma’ din il-persuna …”

Jeremy jkompli jikteb li meta ħa ritratt ma’ kennies, ukoll qala’ diversi kummenti ta’ tkasbir u kważi ta’ skandlu. “Niftakar ukoll darba li jien kont ħadt stessu mal-kennies tagħna li hu ukoll persuna ta’ ġilda skura – dan  jiġbor l-ħmieġ li nħallu aħna fit-toroq – u kien hemm min qalli: ”Int orrajt jew? Tieħu ritratt ma’ dak? ‘, ‘Qed jiħdilna xogħolna’; ‘Malta fullup’ .” Jagħlaq billi jgħid li ħafna drabi dawn il-barrani mhux qed jiħdilna xogħolna, iżda qed jagħmilulna għax il-Maltin ma jridux jagħmluh.

Hemm bżonn ta’ aktar rispett lejn kull persuna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI