Xi kultant ċertu nies lanqas temminhom bil-kliem li jgħidu. Il-ġurnalista, preżentatriċi u kantanta Maria Muscat, magħrufa wkoll bħala La Barokka, illum żvelat xi ġrala. U mhi pjaċevoli xejn. “Aħjar nidħqu ftit… għandna bżonn,” bdiet hi.
“Mela mort nixtri u kien hemm raġel u qalli, ‘Illostra kemm tixbaħha lil dik… dik il-ħoxna fuq it-TV… x’jisimha bħalissa Barokka… u ħallejtu jgħid… u qalli imma taf xiex inti isbaħ u irqaq minnha..!” Għedtlu grazzi ħafna… almenu hux… u ħallejtu jaħseb li jrid… Ajma…kemm qegħdin sew..!”
Tal-mistħija! Kieku jiġri lilek hekk x’tagħmel? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Maria La Barokka Muscat