“Kien Hemm Xi Ħruq Żgħir Fuq Wieħed Mill-Vapuri Tal-Fast Ferry” – Il-Ministru Byron Camilleri

Jidher li dalgħodu kien hemm nar żgħir li faqqa’ fuq wieħed mill-vapuri tal-Gozo Fast Ferry, hekk kif dan telaq minn Għawdex fis-07:45.

Fi stqarrija lill-istampa huma qalu, “Il-passiġġieri kollha abbord ġew żbarkati b’mod sikur u ġew segwiti l-proċeduri kollha ta’ sigurtà. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u s-sistemi ta’ soppressjoni tan-nar ġew immedjatament ingaġġati imma l-ekwipaġġ. Bħalissa għaddejja investigazzjoni interna biex tiddetermina l-kawża tan-nirien.”

Huma żiedu, “Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent ikkawżat u nixtiequ nirringrazzjaw lill-awtoritajiet rispettivi għar-rispons immedjat u l-assistenza tagħhom.” Tajjeb ngħidu li ħarġu skeda aġġornata tal-vjaġġi tal-lum li ttellgħet online fuq www.gozofastferry.com.

Il-Ministru Byron Camilleri kiteb, “Ġejt infurmat li ftit tal-ħin ilu kien hemm xi ħruq żgħir fuq wieħed mill-vapuri tal-fast ferry. Il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Protezzjoni Ċivili kienu immedjatament fuq il-post flimkien ma’ assistenza oħra, in-nies ġew evekwati u s-sitwazzjoni hija waħda kalma.”





Facebook / Gozo Fast Ferry



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI