Il-kantanta lokali Debbie Scerri kitbet fuq il-paġna uffiċjali tagħha dwar ġest ta’ solidarjetà u għotja sinifikanti li tat waqt il-maratona ta’ Hospice Malta.
Donazzjoni li parti minnha nġabret waqt il-funeral tal-għażiża ommha li ħalliet din id-dinja riċentament.
“Ilbieraħ kien jum emozzjonali ħafna, imma kellha ssir. Iż-żjara lil Hospice Malta ma kinitx faċli imma ridna nippreżentaw id-donazzjoni sabiħa ta’ €1,740 li parti minnha nġabret waqt il-quddiesa taċ-ċelebrazzjoni ta’ Ommi.”
Fost dawk li taw is-sehem tagħhom kien hemm Annalice Tonna, flimkien mad-direzzjoni u l-ħaddiema ta’ The National Archives of Malta. Debbie esprimiet il-gratitudni tagħha lejn kulħadd li kkontribwixxa għal din l-inizjattiva, li kienet sinjal qawwi ta’ solidarjetà u rispett.
Fl-istess messaġġ, hija rringrazzjat ukoll lill-istaff dedikat ta’ Hospice Malta, li kuljum jaħdmu b’impenn u kompassjoni ma’ pazjenti u familji li għaddejjin minn mumenti diffiċli.
Prosit Debbie, u kuraġġ dejjem.