Il-preżentatur Ivan Gaffiero kiteb dwar Katriel Zahra, ġuvni li qiegħed kontinwament jaħdem fuq l-ambizzjonijiet tiegħu. Lura fis-snin, Katriel kien persuna li tant ispira nies bl-istorja tiegħu, u ammirawh għall-onestà tiegħu.
“Tiftakruh lil Katriel Zahra. Kien tifel żgħir u mess tant qlub ta’ nies. Issa kiber u daż-żagħżugħ se jkun wieħed mill-mudelli ta’ Runway Dream, il-fashion show kbira li se ssir f‘Ġunju li ġej minn Gaffiero Productions. Awguri għażiż.”
Ivan mhux l-ewwel darba li wera appoġġ għal dan il-ġuvni li jispira tant. Awguri għal ħafna suċċessi Katriel!
Facebook/ Ivan Gaffiero