Il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Bernard Grech għadu kif ħabbar it-telfa ta’ Giorgia, anzjana ta’ 101 li kellu l-okkażjoni jikkomunika magħha aktar kmieni din is-sena.
“Kemm iddispjaċieni meta smajt l-aħbar li ħallietna Giorgia! F’April kellimtha biex nifirħilha f’għeluq sninha. Kienet għadha kemm għalqet l-età sabiħa ta’ 101. Giorgia, illum insellmulek u nirringrazzjawk. Bil-valuri u l-prinċipji sodi, Giorgia kienet pilastru għall-familja kbira tagħha. Imnikket b’din l-aħbar, nibgħat il-kondoljanzi lill-familja kollha tagħha.”
Insellmu l-memorja ta’ Giorgia li mietet fl-età sabiħa ta’ 101 sena. Kondoljanzi tmur lill-familjari kollha.