“Kienet Kenn Għal Ħafna Fis-Sempliċità Tagħha” – Titħabbar It-Telfa Ta’ Sunta Apap

Sfortunatament aktar kmieni dalgħodu ingħatat l-aħbar li l-Għawdxija Sunta Apap, magħrufa bħala Sunta tal-Għarb, marret għal ħajja ta’ dejjem.

Il-Kunsill Lokali tal-Għarb żvela kif Sunta kienet “devota kbira tal-Madonna ta’ Pinu u Frenċ tal-Għarb… Mara li kienet kenn għal ħafna fis-sempliċità tagħha u dejjem disponibbli għal dawk li xtaqu jżuru u jitolbu fid-dar ta’ Frenċ.”





“Ħafna nies fittxewha matul ħajjitha u żgur li se jibqgħu ifittxuha issa wara l-mewt fit-talb tagħhom. Il-Mulej iberikha u jagħtiha l-premju li ħaqqa u tant mistħoqq. Frenċ tal-Għarb u l-Madonna ta’ Pinu jilqgħuha fis-sema u fid-dar tal-Missier.”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Sunta, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tagħha. Strieħ fis-Sliem għażiża. 

Facebook/Kunsill Lokali – Għarb – Local Council



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI