Ftit sigħat ilu ħarġet l-aħbar li ħalliet din id-dinja Mariella Zahra li kienet tgħin bosta studenti fl-iskola ta’ Santa Monika li tinsab fil-Gżira fl-irwol tagħha bħala LSE.
Fl-isfond ta’ din l-aħbar ta’ niket, l-iskola kitbet fuq il-midja soċjali sabiex tesprimi s-sogħba tagħha u tfaħħar il-ħidma li dejjem wettqet.
Huma fil-fatt faħħru d-dedikazzjoni u l-imħabba li Mariella dejjem uriet matul ħajjitha u fissru kif se jibqgħu jħossu n-nuqqas tagħha.
Il-familjari ta’ Mariella ħabbru li hi se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima fil-15 t’April fil-Knisja Parrokjali ta’ Raħal Ġdid fl-10:00.
Tistrieħ fis-sliem!
Facebook / Jesmond Zahra