Fuq il-midja soċjali, AIDAN li x-xahar id-dieħel se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest fi Vjenna, fetaħ qalbu dwar dak li hu ddeskriva bħala “l-iktar mument diffiċli f’ħajti u fil-karriera tiegħi”.
AIDAN jirrakkonta kif sentejn ilu, proprju ftit jiem qabel ma kien se jniedi kunċert kbir minn tiegħu, kien iddaħħal l-isptar hekk kif it-tobba kienu beżgħana li seta’ kien qed ibati mill-virus tal-meningitis.
Il-kantant ta’ 26 sena jsemmi li minkejja l-qagħda ta’ saħħtu, b’ħafna sforz u determinazzjoni, irnexxielu jattendi għall-kunċert xorta waħda iżda jirrikonoxxi li għalih kienet sfida kbira u jesprimi dispjaċir li ma setax jesebixxi t-talent tiegħu b’mod sħiħ f’dik l-okkażjoni minħabba l-qagħda ta’ saħħtu.
AIDAN ifisser kif illum il-ġurnata meta jħares lejn dan il-mument ferm diffiċli fil-karriera tiegħu japprezza iżjed minn qatt qabel li għandu s-saħħa u l-abbiltà li jaqsam it-talent tiegħu.
Tista’ tidħol HAWN sabiex issegwi l-intervista ta’ AIDAN.
Facebook / AIDAN