Fuq il-paġna ‘Ftit Minn Kollox’ inkitbu kelmtejn dwar kemm jgħaddi ż-żmien malajr meta jkollok it-tfal żgħar.
L-omm tikteb, “Kienu jgħiduli li se jtir iż-żmien, iżda ma kontx nemminhom. Kif stajt nemminhom, jekk il-ġranet tiegħi kienu dejjem iduru madwar ibni? Dejjem f’idejja, imbagħad nitimgħu, nilgħab miegħu, naħslu, inraqqdu u l-għada kollox mill-ġdid. Iżda darba ftaħt għajnejja, u rrealizzajt li ibni ma kienx għadu tat-twelid, li dejjem kellu bżonni. Erġajt irqadt, u meta qomt ibni kellu l-backpack fuq spalltu, lest għall-iskola. Ma bdejtx nemmen, iżda ż-żmien vera kien tar! U llum huwa kważi itwal minni, għandu ħbieb li jitkellem aktar magħhom milli miegħi. U bdejt nibża’ li d-distanzi bejni u bejnu se jkomplu jiżdiedu dejjem aktar. Issa naf, u bdejt nemmen li ż-żmien itir. Tgħaġġlux biex tarawhom jikbru, għax f’kemm ili ngħidlek jikbru tassew!”
Kliem verament sabiħ mingħand omm li tħobb lil binha b’qalbha kollha.
Facebook / Ftit Minn Kollox