“Kienu Jgħiduli Li Mhux Ħa Nirnexxi F’Ħajti Għax Ma Kontx Noqgħod Attent Fil-Klassi Minħabba L-ADHD” – Shaun Farrugia

Il-kantant Malti Shaun Farrugia jistqarr li meta kien żgħir bata ħafna l-iskola minħabba li kellu l-ADHD u jsemmi li billi ma kellux is-sabar joqgħod attent waqt il-lezzjonijiet, kien hemm għalliema li saħansitra kienu jgħidulu li ma kienx se jirnexxi f’ħajtu.

“Kont il-ħin kollu nisfratta l-klassi u allura kienu jaħsbu li kont imqareb tant li anke kienu jitfgħuni ġo kaxxa għalija fil-klassi,” jispjega Shaun fi kliemu.

Hu jsemmi li meta snin ilu nibtet fih il-ħolma li jibni karriera fix-xena internazzjonali tal-mużika, ħafna kienu dawk li ddubitaw il-ħiliet tiegħu u saħansitra ipprovaw jaqtgħulu qalbu.

Il-kantant jistqarr li wara tfulija mdawwar minn persuni li mhux dejjem emmnu fih, għażel li kontra kull aspettattiva jagħmel ħiltu u llum il-ġurnata jħossu kburi bis-suċċess kbir li kiseb tant li kultant hu stess ma jkunx jista’ jemmen lil għajnejh.

Fil-fatt, Shaun kiseb suċċess kbir barra minn xtutna u minkejja li għadu fil-bidu tal-karriera tiegħu, diġà kellu l-opportunità li jaħdem ma’ kantanti ta’ fama kbira bħal David Guetta u Martin Gerrix.







Ritratti:

Instagram / Shaun Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI