F’kumment fuq facebook, l-attriċi u kittieba Evelyn Saliba La Rosa tellgħet ritratti ta’ litteralment ħmieġ li jħallu warajhom in-nies meta jgawdu l-ambjent tal-madwar.
Dan meta kif kitbet Evelyn kien hemm reċipjenti u ‘bins’ apposta kullimkien!
“Missek tistħi!”, kitbet Evelyn u nissekondawk aħna wkoll! Jista’ jkun forsi għall-għażż? Jew biex nidhru ‘cool’? Jew biex ma ċċappasx il-ħwejjeġ?
Kienet x’kienet ir-raġuni, li tħalli ħmieġek warajk, hija pastażata kbira u maledukazzjoni! Meta se nitgħallmu?!
Ritratt: Facebook/ Evelyn Saliba La Rosa