“Kif Wieħed Ikun Jaf Li Waslet L-Elezzjoni? Il-Klieb Jibdew Jiġu Iktar Promossi … F’Daqqa Waħda Saru Jħobbu L-Annimali” – Maxine Borg

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-attivisti għad-drittijiet tal-annimali qasmet mas-segwaċi tagħha messaġġ rigward kemm jingħataw attenzjoni l-annimali meta tkun riesqa l-elezzjoni, tattika li xi politiċi jużaw biex jiġbru l-voti.

Bdiet billi qalet, “Kif wieħed ikun jaf li waslet l-elezzjoni? Il-klieb jibdew jiġu iktar promossi! Imma mhux biss. Min-nies li qatt f’ħames snin ma għamlu share ta’ annimal mitluf jew ta’ annimal li qed ifittex familja għax qed jaqsam qalbu f’santwarju. Alla jbierek … nies li qatt ma smajt bihom jew rajthom f’ħajtek, f’daqqa waħda saru jħobbu l-annimali. Nerġa’ ngħid, Alla jbierek. Mil-lum għal għada jibdew jagħmlu live videos ta’ kemm iħobbuhom, eċċ.”

Żiedet, “U wara li tgħaddi l-elezzjoni? Hibernation mode għal 5 snin… u mbagħad jerġgħu joħorġu. Dejjaqtuni u xebajtuni tużaw l-annimali għall-iskopijiet tagħkom, U biex thaxxnu il bwiet. U ħaġa oħra li xtaqt najd hawnhekk! Indunajt li l-fuss isir biss fuq il-klieb. U l-qtates? Dawk mhux iridu familja wkoll? Għaliex dawk kollha li qed juru biss il-klieb ma jitkellmux fuq il-problema kbira li hawn? Li m’hemmx biżżejjed bottle feeders għal dawk l-innocenti li sfaw vittmi ta’ abbandun. Dawk mhux se jsemmuhom? Mhux ovvja li le… ma kontx qed nistenna aħjar ifhem.  Ġlied? Piki? Firda? Kemm trid! Ħaġa waħda qed tinsew; hemm qalb tħabbat. Minflok tinqasmu, ngħaqdu flimkien u agħmlu xi ħaġa għalihom.”

Qalet ukoll, “Ħbieb, tħallux min jimpressjonakom f’dawn iż-żminijiet tant koroh fejn l-annimali qed jintużaw biss bi skop. Ma hemmx isbaħ minn l-għaqda. Lil sħabi kollha li jmorru ‘Oltre’ biex isalvaw l-annimali, GRAZZI mill-qalb. Kolla tafu min intom. L-annimali m’għandhomx vuċi… Imma jien għandi.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI