Klikka U Freddie Portelli Jniedu Verżjoni Kompletament Ġdida Tal-Kanzunetta Popolari Ġej Il-Milied

Wara s-suċċess ta’ Żmien Ieħor, għal dan il-Milied il-grupp Klikka reġa’ ġab rigal mużikali speċjali lill-pubbliku Malti: verżjoni ġdida tal-kanzunetta tant popolari Ġej il-Milied, b’arranġament mużikali ġdid ta’ Philip Vella u b’kollaborazzjoni ma’ wieħed mill-aktar ismijiet maħbubin tal-mużika Maltija, Freddie Portelli.



Din il-kanzunetta, li għal snin twal kienet parti mill-ħoss tal-festi f’pajjiżna, issa ngħatat ħajja ġdida u moderna mingħajr ma tilfet is-sbuħija oriġinali tagħha. Il-verżjoni l-ġdida tnediet t-Tlieta 2 ta’ Diċembru flimkien ma’ vidjow mużikali ħelu ħafna maħdum minn żewġ studenti żgħażagħ mimlija talent, Axel Yesyosmar Massa u Kieran Bonnici.



Il-membri ta’ Klikka esprimew kemm huma grati lejn il-pubbliku għall-appoġġ kontinwu, speċjalment matul l-aħħar snin. Ġej il-Milied – Klikka ft. Freddie Portelli huwa proġett li jgħaqqad ġenerazzjonijiet differenti permezz tal-mużika, u joffri lill-pubbliku x’jisma’ u jgawdi matul dan l-istaġun festiv.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI