Joe Demicoli ikompli jaqsam memorji flimkien man-neputi – xi ħaġa li n-nanniet kollha japprezzaw. Kemm hu sabiħ li nibnu memorji sbieħ mal-familjari tagħna, jekk hux ġenituri, aħwa, ulied jew neputijiet.
“Ġurnata ma’ dan illum. Kolazzjon kmieni, kelma ma’ missieri, bandli u nitbellhu d-dar,” kiteb Joe. Qasam diversi ritratti tiegħu u taż-żgħiru, li żgur jibqgħu prezzjużi.
Bosta kkummentaw fejn qalulu jgħożż dawn il-mumenti, u faħħru l-fatt li sab ġurnata u ddedikaha għan-neputi. Lil Joe kemm-il darba fil-fatt narawh igawdi lill-għażiż neputi.
Xi ħlew ta’ ritratti!
Facebook/ Joe Demicoli