Kollox Lest Għall-Nhar Is-Sibt Li Ġej … Malta Ser Tospita L-Junior Eurovision Għat-Tielet Darba

Nhar is-Sibt li ġej 24 ta’ Ottubru, Malta se tkun qed tospita l-24 edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li s-sena se ssir l-MFCC f’Ta’ Qali, fid-9:00 ta’ filgħaxija. Din se tkun it-tielet darba li Malta qed tospita dan il-festival prestiġjuż, wara li diġà ospitat l-edizzjonijiet tal-2014 u l-2016. Infatti, l-kantanti li rnexxielhom iġibu l-festival f’pajjiżna meta rebħu fl-2013 u l-2015, se jkunu wkoll jippreżentaw dan l-ispettaklu.

Malta se tkun irrappreżentata minn Beppe, ir-rebbieħ ta’ The Voice Kids Malta 2026, li se jkun qed ikanta l-kanzunetta Blue Bird. Beppe rebaħ waqt li kien fit-tim ta’ Gaia Cauchi fit-tielet edizzjoni ta’ The Voice Kids Malta.

Awguri Malta, awguri Beppe!

Ritratt:

Junior Eurovision Song Contest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI