Kull ġenitur li tilef lit-tifel jew tifla tiegħu, jafu t-telfa kemm hi kbira. “Qiegħda nikteb din il-post biex nagħmel kuraġġ lil dawk il-ġenituri li tilfu lil xi ħadd minn uliedhom: Kif ħafna jafu, ibni Jerome Frendo miet 4 snin ilu u għadni nsemmih ħafna.”
Hi tkompli tgħid, “Naf ukoll li Jerome għen ħafna nies f’ħajtu speċjalment waqt li kien marid bil-marda tal-kanċer u għadu jgħin ħafna nies ukoll billi qed jinterċedi għalihom. Imbagħad ikun hawn ftit ommijiet, li minn wara daharek, jiktbu u jgħidu,” li għandha bżonn l-għajnuna jew li ma aċċettatx is-sitwazzjoni.
Josette mill-qalb tgħid, “Għeżież ġenituri li sfortunatament mitulkom it-tfal, ĦADD ma jista’ jifhimkom jekk ma jkunux għaddew minnha l-ħaġa. Komplu tkellmu fuq uliedkom – żommu l-memorja tagħhom friska – kunu kburin b’uliedkom!”
Hi tagħmillhom kuraġġ, “Uliedkom li mietu huma parti minnkom u ħadd mhu ser iwaqqafkom. Min kiteb dawk il-kliem u kliem ieħor kontrija li però mhux se niktbu hawn juri verament x’tip ta’ karattru għandu! Kburija b’Jerome għal dejjem.”
Facebook / Josette Frendo