It-Tabib Frank Portelli dalgħodu qal li konna sejrin tajjeb u mexjin fit-triq it-tajba meta kulħadd kien qed jibża’ minn dan il-virus. Issa donnu l-attitudni tal-poplu m’għadhiex l-istess. Il-poplu sar aktar rilassat dwar is-sitwazzjoni u dan forsi qed ikun ta’ detriment fil-ġlieda ta’ Malta kontra l-Covid-19.
Jidher li llum għandna nistennew madwar 30 każ skont l-istess tabib! Fl-aħħar jiem rajna madwar erbgħin każ kuljum, dan għalmenu hu sinjal pożittiv u nittamaw li l-każijiet ikomplu jonqsu kemm jista’ jkun. Barra minn hekk nittamaw li dawk pożittivi jfiqu u ma jkollniex iktar imwiet.
F’inqas minn 24 siegħa pajjiżna lbieraħ ra tliet imwiet, tliet imwiet ta’ anzjani li nstabu pożittivi u minħabba raġunijiet ta’ saħħa ulterjuri flimkien ma’ dan il-virus huma spiċċaw tilfu l-ġlieda tagħhom.
Facebook / Frank Portelli