“Kont Nibża’ Mmur Nixtri L-Ħelu Minħabba X’Jgħidu N-Nies!” – Jessica Li Kienet Tbati Mill-Anoressija

Fuq il-programm Kuxjenza tal-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat tkellmet Jessica li fil-passat kienet tbati mill-kundizzjoni tal-anoressija. Hi tistqarr li fiż-żmien meta kienet tbati minn din il-kundizzjoni fehmet iżjed minn qatt qabel kemm jistgħu jweġġgħu ċerti kummenti.

Jessica tirrakkonta kif il-kundizzjoni tal-anoressija kienet twassalha sabiex saħansitra tiddejjaq tmur tixtri l-ħelu mingħand xi ħanut u timxi bih fit-triq. Tispjega li kienet tibża’ minn dak li setgħu jgħidu fuqha n-nies għaliex jarawha miexja bil-ħelu.

“Kont nibża’ li jkun hemm xi ħadd jgħid: ‘Qiegħda sew din miexja bil-ħelu f’idha iktar m’għandha bżonn tonqos’… issa dak iż-żmien ma kellix bżonn nonqos imma jiena hekk kont inħossni,” tirrakkonta Jessica.







Ritratti:

Facebook / Maria La Barokka Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI