"Kont Għidtlu Ismek Ifakkarni Fil-Pizza Margerita" – Maria Ssellem Memorja Ta' Persuna Li Għal Qalbha

Il-kantanta u ġurnalista bravissima Maria La Barokka Muscat ħalliet messaġġ għal saċerdot li għamel ħafna ġid u li minn ċkunitha ndunat bir-raġel b’qalb kbira li kien.

Issellem il-memorja ta’ Father Pierre Grech Marguerat li ħalliena lbieraħ. Issemmi fost l-oħrajn mument ħelu meta bdiet l-ewwel snin tagħha fil-ġurnaliżmu fejn qaltlu xi ħaġa li daħkitu. “Niftakar li meta kont ferm iżgħar bħala ġurnalista part-time kelli biss xi 16-il sena… kont għedtlu….ismek ifakkarni fil-Pizza Margerita…u kien daħaq….kien saċerdot dħuli ħafna….ġentlom..u qalbu maż-żgħir u l-batut.”

Bħal ma taf tagħmel dejjem Maria tieħu l-okkażjoni u ttina parir siewi ta’ kif għandna nħarsu lejn ir-rigal tal-ħajja. ” Il-ħajja qasira wisq l-aħwa… gawdu l-ħajja… u ejja nħobbu lil xulxin”

Strieħ fis-sliem Fr. Grech Marguerat.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI