Waħda mill-agħar esperjenzi li qatt tista’ tgħaddi minnhom hi inċident tat-traffiku. Anke jekk din tispiċċa b’wiċċ il-ġid xorta tibqa’ marka kerha. Kiteb li għadda minn waħda simili l-kantant James Mifsud.
James kiteb li “Ftit ġimgħat ilu kont involut f’inċident tat-traffiku, li fortunatament ħadd ma weġġa’ fih. Konsegwenza t’hekk dal-aħħar kont qed insibha diffiċli mmens biex nivjaġġa u nżomm mar-rutina tiegħi”.
Meta tkellimna ma’ James hu saħaq li “Fortunatament ma weġġajtx avolja kienet perikoluża…”. “Kont fortunat anzi” jgħidilna James. Fil-fatt mir-ritratti nistgħu nikkonfermaw li għalmenu hu jinsab qawwi u sħiħ u fl-aħħar mill-aħħar dak hu l-iżjed importanti.
Madanakollu James sab l l-għajnuna u ħa ħsieb jirringrazzja lil dawk kollha li kienu hemm għalih biex itaffulu ftit minn din l-esperjenza!