"L-Egoiżmu Ta' Ċertu Nies Waslek F'Dan Il-Punt" – Sebastian Calleja, In-Neputi Tal-Aħħar Vittma Tal-Covid-19

Il-kantant lokali Sebastian Calleja li narawh residenti fuq il-programm tal-Ħadd filgħodu Ħadd Għalik, dalgħdu qasam aħbar ta’ diqa permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook. L-aħħar vittma li rrappurtajna li ġiet nieqsa kmieni dalgħodu kienet iz-zija tiegħu.





Sebastian kiteb, “Strieħ fis-sliem Zija Bessie! Kont mara ta’ eżempju għal kulħadd, però l-egoiżmu ta’ ċertu nies waslek f’dan il-punt!! Huwa immensament importanti li nieħdu ħsieb xulxin u nirrespettaw lil xulxin billi nkunu responsabbli, mhux sewwa li nkomplu nitilfu lil dawn in-nies ħabba nuqqas ta’ ħsieb u responsabiltà!”

Hu qasam filmat ċkejken taz-Zija Bessie bi tbissima mill-isbaħ fuq fommha li turi l-karattru sabiħ li kellha. Aħna minn qalbna ngħaddu l-kondoljanzi lil Sebastian u lil familtu f’dan iż-żmien ikrah għall-familja tagħhom. Kuraġġ.

Facebook / Sebastian Calleja



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI