Il-kantanta tant maħbuba Claudia Faniello, ħabbret li l-familja tagħha se tkun qed tikber. Dan għaliex għadha kif ġabet kelb tassew gustuż, tat-tip Cavapoo, bl-isem ta’ Paolo.
Fuq il-midja soċjali tagħha hi spjegat, “Kont naf li s-sena 2026 se tkun sena ferm iktar aħjar, imbagħad ġejt inti. Iltaqgħu ma’ Paolo! Inti maħbub ħafna diġa. Se nagħtik l-imħabba kollha li għandi, għax għandi ħafna minnha xi ntik. Merħba d-dar, qalbi tiegħi.”
L-annimali jafu jagħtu biss imħabba, u mingħajrhom il-ħajja ma tkunx l-istess. Huma ħbieb ta’ veru u leali mmens. Jidher li Paolo diġa jħossu komdu ma’ Claudia Faniello, kif nistgħu naraw mir-ritratt gustuż li ppubblikat fejn qed jintelaq fuqha!
Nawgurawlhom ħajja ta’ mħabba ġenwina flimkien!
Facebook / Claudia Faniello