Fuq il-programm tal-bieraħ ta’ TVAM, Sister Ramona qasmet l-esperjenza tagħha dwar kif hi sabet il-vokazzjoni u l-vjaġġ li wassal għal din is-sejħa.
Hi bdiet tirrakkonta fuq kif kellha d-dubji fuq ir-reliġjon u kif dejjem ħasset ċertu vojt. Siser Ramona kienet infermiera qabel ma saret soru, iżda hi għadha sal-lum infermiera fl-isptar Karin Grech,
Is-sejħa ġrat propju waqt li kienet missjoni l-Etjopja ma’ xi żgħażagħ oħrajn. Hi tgħid li hemm “il-vojt intela.”
“Kont sibt xi ħaġa prezzjuża u ma kontx qed nifhem x’inhi, imma ma ridthiex taħrab minn idejja,” hi qalet. Wara l-Etjoopja, meta kellha 27 sena, bdiet il-mixja biex issir soru.
Araw l-intervista mill-isbaħ hawn taħt.
Facebook/TVAM