Kont Taf? L-Antibijotiċi Ma Jittrattawx Il-Viruses

Tajjeb li wieħed jiftakar… u jekk forsi nsejt jew ma kontx taf, mela ħa ninfurmawk ftit aħna! Kont taf li l-antibijotiċi ma jittrattawx infezzjonijiet virali? Dan ifisser li għalxejn toħodhom jekk jaqbdek riħ jew jekk għandek l-influwenza, għax ma jaħdmux.

Minkejja dan, l-antibijotiċi jistgħu jintużaw bħala parti mit-trattament għal ħafna infezzjonijiet.





Dawn jinkludu:

  • Pnewmonja
  • Infezzjonijiet fil-passaġġ urinarju (UTI)
  • Gonorrea
  • Sifilide
  • Trakoma
  • Tuberkolożi

Naturalment, dejjem għandek tfittex il-parir ta’ professjonist kwalifikat fil-kura tas-saħħa qabel ma tieħu l-antibijotiċi.

Facebook/Department of Information (Malta)



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI