Kont taf li l-kanċer tas-sider mhux lin-nisa biss jolqot? Hemm numru ta’ każijiet li jinsabu fl-irġiel ukoll. Għalhekk, int min int, tajjeb li tara dan l-programm Ieqaf 20 Minuta llejla.
Il-preżentatriċi Simone Cini żvelat li llejla l-programm tagħha se jkun “dwar metodi biex tiċċekja għall-kanċer tas-sider ma’ Dr. Malcolm Crockford.”
Kull min jixtieq, Ieqaf 20 Minuta se jixxandar wara l-aħbarijiet tas-19:30 fuq ONE.