Mario Micallef kellu l-Covid-19 f’Marzu li għadda u minn dak iż-żmien għadu ma rkuprax kompletament. Sintomi li baqgħu jinkludu għeja u dgħjufija fil-muskoli.
Waqt intervista mat-Times Of Malta, Mario qasam l-esperjenza kerha tiegħu meta kien l-isptar minħabba l-Covid-19. Huwa qal kemm kien viċin li jmut. “Jien kont beżgħan, inkwetat u terrorizzat. Ħsibt li se mmut,” huwa qal.
Mario qatta’ 26 jum fl-ITU meta l-pulmuni tiegħu waqqfu u l-kliewi fallew. Huwa spiċċa f’koma. Imma rnexxielu jiġġieled u jerġa’ jikseb kontroll tas-sitwazzjoni.
Bl-għajnuna tal-fiżjoterapija, Mario qed jitjieb ħafna. “Trid tkun paċenzjuż u tobdi lit-tobba,” huwa qal.
Araw l-intervista hawn.