“Kont mgħajjra dgħajfa minħabba li għandi għarus skizofreniku” hekk kitbet Karin Cassar wara esperjenza qarsa li kellha lbieraħ. Karin u l-għarus tagħha ġew mgħajjrin minn persuna tal-istess età tagħhom. Karin tisħaq li mhux vera meta jkollok persuna qrib tiegħek u tkun qed tbati minn kundizzjoni ta’ saħħa mentali tkun dgħajfa!
L-għarus tagħha ta’ sikwit iżur l-iskejjel sabiex jitkellem fuq il-kundizzjoni tiegħu u jżid l-għarfien fuq l-iskzofrenija. Karin tisħaq, “Nista’ ngħid ħafna affarijiet dwar l-għarus tiegħi, iżda ħaġa li hu żgur mhux dgħajjef!”. Fil-messaġġ tagħha, Karin appellat li jekk hemm xi persuni li qed jieħdu ħsieb persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali huma b’saħħithom u ta’ min jammirahom. “Id-dgħufija tiegħek ma jiddefinixxikx. Tħallux lil ħaddieħor jikkonvinċik mod ieħor” tagħlaq Karin.
Nappellaw sabiex dawk il-persuni li jeħtieġu l-għajnuna, illum hemm diversi mezzi. Min għandu bżonn l-għajnuna jista’ jitkellem ma’ professjonist billi jċempel fuq in-numru 1770 li għadu disponnibli.