Kostumi Ta’ Tradizzjoni Fil-Bażilika Tal-Mosta B’Rabta Mal-Epifanija

Illum, bħala tfakkira għall-festa tal-Epifanija li se tiġi ċċelebrata nhar it-Tlieta 6 ta’ Jannar, il-komunità Mostija laqgħet mument sabiħ ta’ talb u riflessjoni. Il-Bażilika tal-Mosta ħadet il-ħajja permezz ta’ kostumi mlibbsa minn voluntiera li għamlu din iċ-ċelebrazzjoni aktar waħda speċjali.

Fost dawn kien hemm it-tliet Slaten Maġi, li waqfu jaduraw lil Ġesù Tarbija fil-maxtura bħala mument simboliku li jirrifletti dwar l-iktar parti integrali ta’ din il-festa Nisranija. L-Epifanija tfakkar id-dehra ta’ Ġesù fid-dinja, b’mod partikolari permezz taż-żjara tas-Slaten Maġi li permezz ta’ kewkba li mxew magħha waslu Betlehem biex jagħtuh qima u joffrulu d-doni tagħhom. Dan il-ġest simboliku jġorr miegħu messaġġ qawwi ta’ fidi u tifħir lejn Ġesù Kristu, li ġie rikonoxxut bħala s-salvatur tad-dinja.



Il-preżenza tas-Slaten fil-Bażilika serviet bħala tifkira ħajja ta’ din it-tradizzjoni Nisranija li għaqqdet il-liturġija mal-esperjenza tal-komunità. Għal ħafna familji preżenti, dan il-mument kien okkażjoni biex jerġgħu jgħixu s-sens veru tal-Milied li jkompli jixtered anke lil hinn mill-25 ta’ Diċembru.



Prosit lill-parroċċa tal-Mosta ta’ din l-inzijattiva li kompliet tqarreb lejn it-tifsira vera tal-Epifanija.



Ritratti:

Facebook/ Mosta Parish

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI